Filmat: Titkellem omm Joey, it-tifel li tatu puplesija f’ġuf ommu

Joey tagħtu puplesija meta kien għadu biss f’ġuf ommu, u skont ommu allaħares ma kienx Puttinu għalihom.
Illum, Joey għandu tliet snin.
Meta ġew biex jieħdu lil binhom għall-kura, ta' Puttinu qalulhom li ma kellhomx għalfejn jinkwetaw għall-akkomodazzjoni.
Omm Joey, bid-dmugħ f’għajnejha sostniet li ma hemmx kliem li jista’ jiddeskrivi lil Puttinu u l-għajnuna li jagħti.
Agħti d-donazzjoni tiegħek nhar il-Ġimgħa l-Kbira waqt Xarabank.