Filmat: Titħajjar tmur camping ma’ Gwilym?

Gwilym Bugeja ta’ 28 sena impressjona lill-erba’ membri tal-ġurija ta’ Malta’s Got Talent bil-wirja ta’ illużjoni li huwa għamel fejn wassal storja li kellu lista ta’ affarijiet x’jieħu għal camping mal-familja.

Huwa għażel li jkollu l-għajnuna ta’ Ray, Maxine, Sarah u Howard billi ħalla envelope ħdejn Howard u wara b’mazz karti mar quddiem Ray u huwa għażel karta u għadda t-tnejn li jmiss liż-żewġ membri tal-ġurija.

Irrizulta li Ray kellu orange juice, Sarah kellha ballun u Maxine il-ħuta… l-istess tlett affarijiet fuq il-list li kellu f’idejh Howard… u anki l-istess tlett affarijiet li ħareġ mill-basket li kellu fuq il-palk.

Gwilym impressjona u nistennew biex naraw fejn se jkun qed jeħodna meta jerġa’ jitla’ fuq il-palk ta’ Malta’s Got Talent għall-fażi li jmiss.