Filmat: Tisraq 2 mobiles min-Naxxar; il-Pulizija bi tfittxija għaliha

Mara inqabdet tisraq żewġ mobiles minn kameras tas-CCTV f’ħanut tal-fwieħa fin-Naxxar.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li r-rapport dwar is-serqa sar għas-2.15pm. Ftit wara, il-persuna li għamlet ir-rapport għarfet lill-mara u kkonfrontata. Irnexxielha ġġib il-mobiles lura.

Il-Pulizija bħalissa qed tipprova tidentifika lill-mara.

Is-serqa saret minn ħanut fi Vjal 21 ta’ Settembru fin-Naxxar.

Filmat: Facebook – Julienne Galea