Filmat: Tisplodi kamra tan-nar minħabba sajjetta

Aġġornat 03:03 PM

Read in English.

Għall-ħabta tal-4.50pm seħħet splużjoni f’waħda mill-kmamar tan-nar fil-kumpless tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt minn fuq il-post, qed jaħsbu li taret il-bettiegħa li jinħadem il-porvli. Newsbook.com.mt jinsab infurmat li ma kien hemm ħadd fil-kumpless dak il-ħin. Ninsabu infurmati wkoll li din l-isplużjoni seħħet minħabba s-sajjetti.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li sajjetta laqtet il-kamra tan-nar. Qal li fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u wkoll tal-Emergency Ordinance Disposal (EOD) minħabba li kien hemm splussivi fuq il-post. Il-Pulizija kkonfermat li ma kien hemm ħadd fuq il-post.

Intant, il-Kumitat fuq Facebook irringazzja lil dawk kollha li urew solidarjetà magħhom u kkonfermaw li ma kien hemm ħadd fil-kamra tan-nar.

Nixtiequ ninfurmaw li fl-incident li kellna ma ndarab hadd…. Sajjetta laqtet il-kamra fejn jinhadem il-porvli f'hin li…

Posted by Mount Carmel Fireworks Factory Żurrieq – Official on Wednesday, 25 March 2020
Emanuel Muscat

Filmat: Derek Spiteri