Filmati: Raġel fil-periklu tal-mewt; 6 oħra midruba fl-isplużjoni f’kamra tan-nar fis-Salini

Raġel ta' 36 sena mill-Mosta jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li sitta oħra ndarbu fi splużjoni f'kamra tan-nar fl-inħawi magħrufa tal-Qadi fis-Salini. 
L-isplużjoni seħħet għall-ħabta tas-2.15pm fil-kamra tan-nar Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar ta' San Ġwann.
Skont il-Pulizija, fost il-midruba ttieħdu l-isptar ir-raġel li qed jissielet għal ħajtu, raġel ta' 25 sena minn Ħad-Dingli li qed isofri minn ġrieħi gravi u mara ta' 29 sena mill-Mosta li ġarrbet ġrieħi ħfief.  

Fuq il-post marru numru ta' ambulanzi, kif ukoll karozzi tat-tifi tan-nar.
Għadd ta' pulizija ssorveljaw l-inħawi, bl-investigazzjoni ssir mill-Assistent Kummissarju Martin Sammut,
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Marcel Farrugia. mis-Supretendent Anthony Cassar u mill-Ispettur Elton Taliana.
Ritratt: Miguela Xuereb fuq info@newsbook.com.mt