Filmat: Tisma’ għall-ewwel darba wara 40 sena

Forsi ftit napprezzaw il-ħames sensi bażiċi li għandu l-bniedem. Iżda Joanne Milne, li semgħet għall-ewwel darba l-vuċi tat-tabib hu u jgħid il-ġranet tal-ġimgħa, bdiet tibki bil-ferħ xħin gawdiet għall-ewwel darba s-sens tas-smigħ.

Sa qabel dak il-mument li t-tabib lissen kliem sempliċi li nużawhom kuljum, għal Joanne, ta’ 40 sena, id-dinja kienet silenzjuża u bla ħoss. Hija twieledet b’kundizzjoni rari magħrufa bħala Usher Syndrome. Din il-kundizzjoni taffetwa ukoll il-vista tal-persuna u fl-eta’ ta’ 20 sena, Joanna bdiet titlef id-dawl ukoll.

Din il-bidla kbira f’ħajjitha ġiet permezz ta’ operazzjoni li twassal għal tfassil ta’ impjant apposta biex jgħin lil min ma jismax, jisma’.