Filmat: Tislima mistħoqqa lil Astori

Ħafna mill-ismijiet il-kbar tal-futbol Taljan kienu f'Firenze illum jagħtu tislima mistħoqqa lil Davide Astori.
Il-Captain ta’ Fiorentina miet għall-għarrieda nhar il-Ħadd, meta sabuh fil-kamra tal-lukanda qabel il-partita li fiha kien mistenni li jilgħab.
Il-footballer ta’ 31 sena beda l-karriera tiegħu mal-Milan.
Fost il-ħafna messaġġi illi waslu f’dawn l-aħħar 24 siegħa wara l-mewt tal-plejer ta’ 31 sena li kien jilgħab ma’ Fiorentina Davide Astori wieħed partikolari kien dak tal-attakkant ta’ Arsenal Pierre Emerick Aubameyang. Dan tal-aħħar kien jilgħab ma’ AC Milan bejn l-2008 u l-2011 u Astori kien wieħed mill-kollegi tiegħu fit-tim.
Filmat u ritratti: Reuters
Dan huwa filmat li tella' l-klabb li kien captain tiegħu: