Filmat: Tirriżenja t-tieni persuna fil-White House fi ftit jiem minħabba akkużi serji

Persuna oħra fil-White House kellha tirriżenja minħabba akkużi ta’ vjolenza domestika fuq il-mara li kellu.
It-tluq ta’ David Sorensen, li xogħlu fil-White House kien dak li jikteb li jisma’, seħħ biss ftit jiem wara r-riżenja ta’ Rob Porter, l-istess minħabba akkużi serji fuq iż-żewġ eksnisa li kellu.
Kemm Sorensen kif ukoll Portet ċaħdu l-akkużi li saru kontrihom.
Sadanittant, dan l-iskandlu tefa’ pressjoni fuq iċ-Chief of Staff, John Kelly, li qed jiġi mistoqsi x’kien jaf u kemm kien jaf minn dak li kien qed isir.
Fil-fatt ħarġu rapporti li Kelly offra r-riżenja tiegħu minħabba dawn l-allegazzjonijiet fuq in-nies li jiġu taħtu, iżda kemm hu kif ukoll il-White House xejnu dawn ix-xnigħat.
Kelly ddeskriva lil Porter bħala bniedem ta’ unur u integrità ta’ veru, minkejja li qed jiġi allegat li dan sawwat lil eksmara u għamlilha kuħħala, jiġifieri black-eye.
Anki l-President Amerikan, Donald Trump, iddefenda lil Porter il-Ġimgħa, meta qal li sa jaf riċentement dwar l-allegat każ, iżda f’ismu u f’isem il-White House awguralu l-aqwa u l-aħjar fiż-żmien li ġej.
Ma naqsitx il-kritika għal dawn il-kummenti ta’ Trump, għax lanqas biss semma jew irrefera għall-allegat vittmi ta’ dawn l-abbużi.