Filmat: Tipprova tisraq u ssib il-cash register vojta f’Birkirkara

Filmat li qed idur fuq Facebook juri mara tipprova tisraq il-flus minn cash register f'ħanut f'Birkirkara.
Qed jingħad li l-mara qed tidħol fil-ħwienet, toqgħod iddur fil-ħanut għal kważi nofsiegħa titkellem fuq il-mowbajl, biex taljena lil tal-ħanut.
Fil-każ tal-filmat, il-cash register kienet vojta.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li diġà saru diversi rapporti fuq min tista' tkun din il-mara. Il-mara hija Maltija u twila ħames piedi.
Kull min għandu xi informazzjoni għandu jċempel l-Għassa tal-Pulizija ta' Birkirkara fuq 21 44 22 00.