Filmat: “Tipproteġu bieb tal-injam u mhux lilna”

Oħt il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, Corinne Vella, qalet li l-Pulizija li qed jimblukkaw l-aċċess għall-Kastilja qed jipproteġu bieb tal-injam u mhux liċ-ċittadini.

Vella qalet dan quddiem il-Berġa ta’ Kastilja. Dan għaliex hemm attivisti tal-Moviment Graffitti li daħlu jagħmlu sit-in fl-entratura tal-ġenb tal-binja. L-uffiċjali fuq il-post sakkru lill-attivisti ġewwa u mhux qed iħallu lill-membri tal-midja jidħlu.

LIVE: “Iftħu l-bieb!” http://bit.ly/343EK1x

Posted by Newsbook.com.mt on Monday, December 9, 2019