Filmat: Tintlemaħ pantera fuq il-bjut fi Franza

Pendant ce temps là sur armentieres…🤣🤣🤣🤣

Posted by Tof Christianson on Wednesday, September 18, 2019

Intlemħet pantera sewda fuq il-bejt ta’ ħanut f’belt fit-tramuntana ta’ Franza. Il-pumpiera tat-tifi tan-nar qalu li rċivew telefonata għall-ħabta tas-6:00pm ħin lokali. Kien irrapurtat li ntlemaħ qattus kbir jippassiġġa fuq il-bjut ta’ bini residenzjali f’Armentières, belt viċin il-fruntiera Franċiża mal-Belġju.

Il-pumpiera qabbdu l-pantera wara li daħal f’waħda mid-djar. Veterinarju li mar fuq il-post spara lill-annimal b’anestetiku biex iraqqadha.

Irriżulta li l-pantera kienet qed tinżamm illegalment f’dar ta’ individwu fit-tramuntana ta’ Franza. Aktar tard il-pantera ttieħdet f’zoo.