Filmat: Tintemm l-avventura ta’ Kane Pisani fil-FIA Motorsport Games

Read in English.

Tintemm qabel ma kien previst l-avventura ta Malta fl-ewwel edizzjoni tal-FIA Motorsport Games ġewwa ċ-ċirkwit ta Vallelunga. Malta ikkompetiet biss fir Drift Cup fejn kienet rappreżentata minn Kane Pisani.

Il-provi bdew isiru waqt xita u trakka mxarrba, allura kienet aktar diffiċli. Sfortunatament waqt l-ewwel provi Pisani soffra ħsara fejn tielef waħda mir-roti ta wara. Għalkemm it-tim ta Pisani għamlu minn kollox u irnexxilom isewwu il-karozza fil-ħin xorta l-isforz ma kienx biżżejjed biex Pisani jgħaddi għal-kwalifikazzjonijiet tas-Sibt.

Pisani esprima id-diżappunt tiegħu u talab skuża lis-segwaċi wara din l-esperjenza. Minn- naħa tagħhom is-segwaċi irrispondew lill-Pisani b’kummenti ta nkoraġġiment u awgurawlu li darb’oħra ma jkunx daqshekk żvinturat.