Filmat: Tinstab mara mejta f’Birkirkara

Mara nstabet mejta f’Birkirkara llum kmieni wara nofsinhar. Hi nstabet fi Triq Ganu għall-ħabta tas-1.45 pm.

Persuna li kienet fuq il-post qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-katavru tal-mara kien fuq bankina u li mbagħad ġie mgħotti b’liżar. Ir-residenza li quddiema nstabet il-mara mhix tagħha. Kelliem għall-Pulizija spjega li f’dan l-istadju tal-investigazzjoni l-Pulizija qed teskludi l-involviment ta’ persuni oħra hekk kif kollox jindika li l-mara mietet kawża ta’ mewta naturali, madanakollu fuq il-post xorta se intbagħtu esperti forensiċi.

info@newsbook.com.mt

Minkejja li t-triq mhix magħluqa għat-traffiku, hemm ftit ta’ konġestjoni fuq il-post.