Filmat: Tinstab ġibja qalb l-iskart illegali f’Ta’ Qali

Waqt li l-Awtorità tal-Ippjanar kienet għaddejja bit-tindif tal-iskart tal-kostruzzjoni li kien qed jintradam illegalment fuq sit fejn kien hemm fabrika li ma għaddiex tintuża instabet ġibja mikxufa. Iżda jidher li l-ġibja se tintradam.

AQRA: Filmat: Il-PA tneħħi l-iskart f’Ta Qali; il-Pulizija għad iridu jwieġbu

Newsbook.com.mt kien żvela kif fis-satra tal-lejl skart tal-kostruzzjoni kien qiegħed jintrema f’Ta’ Qali. Dan wassal biex l-Awtorità tinvestiga r-rimi u tieħu azzjoni,  u kien għalhekk li ‘l bieraħ, ħaddiema mid-dipartiment tal-Awtorità tal-Ippjanar marru fuq il-post biex b’hekk jibda jitnaddaf.

AQRA: Filmat: Ferneżija ta’ rimi illegali f’Ta’ Qali

Newsbook.com.mt mar fuq il-post waqt li għaddej it-tidnif fejn tkellem ma’ Charles Gafa, l-Prinċipal tad-Dipartiment li jinforza l-avviżi legali tal-Awtorità spjegalna kif waqt li kienu qed inadfu sabu ġibja li ma kinitx tidher fuq ir-ritratti tal-Awtorità.

Huwa kompla jispjega kif il-ġibja kienet ta’ periklu għan-nies li spiss jiffrekwentaw il-post iżda b’xorti tajba għadt ma kien l-ebda inċident. Kompla jispjega kif din il-ġibja se tintradam. Dan jidher ukoll mill-filmat meħud minn Newsbook.com.mt fejn il-gaffa tidher qed titfa’ t-terrapin viċin tal-ġibja.

Gafa spjega li kien kiber ħafna ħaxix u ħafna qasab li ħbew il-ġibja.