​Filmat: Tinqata’ s-sentenza għar-raġel li tela’ għarwien mat-Tritoni

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena li lbieraħ tela’ bla ħwejjeġ mal-Funtana tat-Tritoni, ingħata sentenza ta’ tliet xhur priġunerija sospiżi għal sentejn.
Iż-żagħżugħ, li hu mill-Afrika t’Isfel u jaħdem fuq jott, sab ma’ wiċċu lill-Pulizija mill-Għassa tal-Belt, malli niżel minn fuq il-funtana.
Huwa ġie ordnat iħallas ukoll multa ta’ €1,000.
Fil-Qorti ntqal li għamel dan bħala sfida, iżda l-Qorti tqis dan l-aġir b'serjetà "għax jagħti impressjoni ħażina ta' dak li jiġri f'Malta".
Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. 
Dan kien it-tieni inċident f’temp ta’ ftit jiem mal-Funtana tat-Tritoni.
Proprjament bħal-lum ġimgħa, mara, b’ilbies ta’ ħdejn il-baħar, tefgħet xugaman fuq iċ-ċint tal-funtana u qagħdet tixxemmex.