Filmat: Tinqaleb karozza fil-Marsa

Karozza nqalbet waqt li kienet qed tinstaq fil-Marsa.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Diċembru 13 għall-ħabta tad-9:00 am. Għad mhux ċar kif seħħ l-inċident iżda fil-ħin li sar l-inċident it-traffiku kien leħaq batta.  Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident u ma jidhirx li kien hemm karrozzi oħra involuti.

Il-persuna li ġibed il-filmat qal ma’ Newsbook.com.mt li jappella lill-pubbliku biex isuq bil-galbu.

Just happened in front of me! Please drive safely!https://youtu.be/_QkvNBZ38VQhttps://www.timesofmalta.com/articles/view/20180719/local/watch-car-overturns-in-marsa-nobody-injured.684791https://www.maltatoday.com.mt/news/national/88303/watch_car_overturns_in_marsa_after_attempting_dangerous_manoeuvre#.W1BMNdgzZQM#malta #accident #crash

Posted by Stefano Russello on Thursday, July 19, 2018

Filmat: Stefano Russello