Filmat: Tingħata l-aħħar tislima lis-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu f’inċident

Għadd ta’ ħbieb ta’ Frank Aloisio, is-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu f’inċident fi Triq il-Kosta l-ġimgħa li għaddiet, inġabru bil-muturi biex jagħtuh l-aħħar tislima.

Frank Aloisio kellu 51 sena u kien joqgħod l-Imsida. Huwa miet fil-11 ta’ Mejju f’Baħar iċ-Ċagħaq. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna imma ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza.

Huwa ngħata l-aħħar tislima lbieraħ, u sħabu nġabru bil-muturi tagħhom biex jakkumpanjaw il-vjaġġ tiegħu mill-Isptar Mater Dei saċ-ċimiterju fejn familtu sellmitlu għall-aħħar darba.