Filmat: Tingħata l-aħħar tislima lil Emily

LIVE mill-Knisja Parrokkjali tal-Fgura

LIVE mill-Knisja Parrokkjali tal-Fgura

Posted by Social Channel on Wednesday, July 22, 2020

Dalgħodu fil-knisja tal-Fgura ngħatat l-aħħar tislima lil Emily, it-tifla li serqet il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin waqt il-ġlieda tagħha mal-kanċer nhar it-2 ta’ Lulju.

It-tifla kien tneħħielha 95% tat-tumur u l-operazzjoni li damet għaddejja 10 sigħat kienet meqjusa bħala suċċess. Sfortunatament il-qagħda taċ-ċkejkna baqgħet waħda kritika sakemm fl-aħħar marret tingħaqad mal-Anġli.

L-istorja ta’ Emily misset qalb kulħadd u proprju llum bosta persuni nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima li xxandret ukoll b’mod dirett fuq il-paġna facebook ta’ Social Channel Malta. Gillian Attard bil-kor tat-tfal tagħha kienu wkoll preżenti biex ikantaw f’din l-aħħar tislima li ċ-ċkejna ngħatat.

Intant Puttinu Cares selmu wkoll il-memorja ta’ Emily b’din il-poeżija fuq il-paġna tagħhom.

Ritratt: Facebook/PuttinuCares

Newsbook.com.mt jagħti l-kondoljanzi lill-familjari taċ-ċkejkna Emily.