Filmat: Tilmaħ 8 dniefel jgħumu ‘l barra minn Marsalforn

Read in English.

Madwar tmien dniefel dehru jgħumu ‘l barra minn Marsalforn ilbieraħ waranofsinhar. Joylene Spiteri tellgħet filmati fuq Facebook li juru dniefel jgħumu madwar żewġ jew tliet mili nawtiċi ‘l barra mill-bajja.

Hi u titkellem ma’ Newsbook.com.mt, Spiteri qalet li din kienet xi ħaġa li qatt ma rat qabel u li minn dejjem xtaqet tesperjenza. Minn dejjem riedet tara d-dniefel fl-abitat tagħhom u mhux f’akwarju. Spiteri mhux talli rat denfil, talli għal wieħed rat tmienja.

“Kienet esperjenza tal-ġenn,” qalet Spiteri.

Rajt xi ħaġa interessanti? Ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt

Filmat: Joylene SpiteriMuntaġġ: Miguela Xuereb