Filmat: Tifun jagħmel ħerba fit-Tajwan

It-tifun Nepartak laqat it-Tajwan u ħalla mill-inqas żewġ persuni mejta u 66 midruba.
It-tifun ġiegħel lil madwar 15,000 ruħ iħallu djarhom waqt li għadd ta’ servizzi ġew interrotti.
Tħassru mijiet ta’ titjiriet, ingħalqu l-uffiċċji u l-iskejjel fl-inħawi u tajjar diversi bjut ta’ djar u tabelli tat-toroq.
Ir-riħ tela’ sa kważi 200 kilometru fis-siegħa.
Issa qed jersaq lejn iċ-Ċina imma mistenni jbatti għal tifun ta’ qawwa medja.
Sadattant, fil-kapitali Taipei, seħħet splużjoni fuq ferrovija u darbet mill-inqas 24 persuna. Il-Pulizija qalet li abbord instab tubu żgħir bi splussiv f’dak li deher logħob żgħir tan-nar. Il-Pulizija mhix teskludi li seta’ kien inċident.