Filmat: Tifel arrestat għax żifen il-Macarena fit-triq

Tifel ta’ 14-il sena ġie arrestat għax żifen il-kanzunetta Macarena fit-triq.

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=ulq6DqCmY-k]

It-tifel ġie akkużat b’imġiba pubblika indiċenti, minħabba li beda jiżfen hu u jaqsam it-triq, fil-belt ta’ Jeddah fl-Arabaja Sawdija.
Il-Pulizija tal-post qalu wkoll li t-tifel xekkel it-traffiku. Madanakollu għadu mhux ċar jekk hux se jitressaq il-Qorti.
Il-filmat ta’ 45 sekonda li dar kull rokna tal-mezzi soċjali, ittella’ għall-ewwel  darba sena ilu, imma l-arrest tiegħu ġie rrappurtat din il-ġimgħa.
Uħud sejħulu ‘leġġenda’ u ‘eroj’, filwaqt li oħrajn qablu mal-awtoritajiet Sawdi, li l-imġiba tiegħu kienet immorali.
Skont il-midja Sawdi, iż-żifna tal-Macarena kienet ġiet projbita mill-Kumitat Nazzjonali għall-Kontroll tad-Droga tal-pajjiż minħabba “li tinkoraġġixxi l-abbuż tad-droga”.