​Filmat: “Tiddejjaqx titlob l-għajnuna għal problemi ta’ saħħa mentali” – Joseph Calleja

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=W0root7T5W4]

It-tenur Malti Joseph Calleja jappella biex min jaf bi qraba jew ħbieb li għandhom  problemi ta’ saħħa mentali, ma jiddejjaqx jitlob l-għajnuna.
Fil-filmat, Joseph Calleja isemmi t-tobba u l-għaqdiet mhux governattivi li jkunu lesti biex jgħinu lill-persuna tegħleb dawn il-problemi.
Jistqarr li ma hemmx marda oħra li ġġorr daqsekk stigma u sens ta’ mistħija daqs il-problemi ta’ saħħa mentali. “M’għandux ikun hekk!” jgħid it-tenur Malti.
Jispjega li l-moħħ hu biss organu ieħor li jista’ jimrad ukoll u jgħaddi minn mumenti diffiċli. Qal li għanhekk persuna m’għandhiex titratta kundizzjonijiet bħad-depressjoni b’mistħija jew stigma.
Joseph Calleja jgħid li marda mentali mhix immaġinata u persuna ma tistax tagħżel li toħroġ minnha. Jispjega li fil-fatt il-moħħ ta’ persuni b’mard mentali jkollu aspetti fiżiċi differenti minn ta’ persuni oħra.
Il-filmat ta’ Joseph Calleja intbagħat fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji għas-saħħa Mentali u sar mal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà.