Filmat: Tiddejjaqx tfarfar…l-aqwa li ma ssuqx

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=LxfhbY09D0Q]

Jekk is-soltu toħroġ u dejjem issuq inti, ieqaf ftit u aħseb. Xi kultant aħjar tfarfar minn fuq spallejk u tevita l-periklu għalik innifsek u għall-oħrajn.
Dan hu l-messaġġ ewlieni ta' filmat ippubblikat mill-Pulizija bil-għan li aktar nies ikunu responsabbli u ma jsuqux jew se jixorbu.
Dan il-messaġġ jgħodd għas-sena kollha, iżda aktar u aktar f'dan iż-żmien ta' festini u ċelebrazzjonijiet fejn forsi wieħed jieħu grokk żejjed.
Hawn ħafna x'tista' tagħmel. Żgur hemm xi ħadd minn sħabek li jsuq iżda ma jixrobx.
Jekk sħabek kollha jixorbu, ikri taxi jew vann. Aħjar €5 jew €10 milli l-ħajja ta' xi ħadd.

Xerred dan l-artiklu biex il-messaġġ jasal għand aktar nies