Filmat: Tiddejjaq taħsel l-art?

Tiddejjaq taħsel l-art? Issa ħareġ robot li jaħsel l-art bl-ilma u bis-sapun kif tista' tara fil-filmat.
Dan ir-robot huwa intelliġenti biżżejjed sabiex permezz tas-sensors tiegħu, jaħsel l-art waħdu, idur mal-irkejjen tal-kmamar u jaħsel sal-inqas pulzier tal-art.
Huwa kapaċi wkoll idur mat-twapet biex jaħsel madwarhom.Ir-robot bl-isem ta' Scooba 450 jiġi b'charger miegħu kif ukoll bi stand sabiex jinxef malajr wara li jaħsel l-art.
Il-proċess jinqasam fi tlett fażijiet: l-ewwel ixarrab l-art, imbagħad jogħrok il-madum, u wara jnixxef l-art. Il-ħoss li jagħmel waqt li qed inaddaf m'huwiex daqstant qawwi.
Għaldaqstant għal min jippreferi jibqa' mixħut fuq is-sufan minflok jaħsel l-art, issa jista' jinvesti f'wieħed minn dawn ir-robots. Dawn qed jinbiegħu għal madwar 600 dollaru Amerikan.