Filmat: Theresa May ma żżommx kelmitha

Il-Prim Ministru Theresa May għamlet u-turn meta aktar kmieni llum sejħet elezzjoni bikrija.
F’Settembru li għadda, waqt intervista fuq il-BBC hija kienet qalet li ma għandhiex ħsieb li sejjaħ elezzjoni bikrija.
Dan wassal biex għal ħafna nies kienet sajjetta fil-bnazzi meta Theresa May qalet li se tmur għall-elezzjoni fit-8 ta’ Ġunju.
F’Settembru hija kienet qalet li m’hemmx bżonn elezzjoni bikrija u assigurat li l-elezzjoni se ssir fl-2020.
Dan hekk kif fi kliemha r-Renju Unit jeħtieġ iż-żmien u stabiltà sabiex jiddilja mal-affarijiet li qiegħed jiffaċċja.
Minkejja dan waqt li kienet qed tiggverna b’maġġoranza żgħira, Theresa May sabet diversi kurrenti kontriha mill-backbenchers konservattivi.
Intant wara li Theresa May xandret id-deċiżjoni tagħha, ġurnalist tal-BBC niżel fit-toroq ta’ Bristol biex jieħu r-reazzjonijiet tan-nies.

Filmat: BBC