Filmat: The Travellers bl-aħħar single tagħhom Iljuni fis-Silġ

Bidu tas-sajf bil-kbir għal The Travellers li għadhom kif ћarġu diska oћra, bl-isem tal-ewwel album tagћhom Iljuni fis-Silġ.

Id-diska tiġbor fiha l-ћoss partikolari li jġibu magħhom The Travellers bis-saћћa tal-istrumenti tar-ram kif ukoll il-lirika Maltija. Allura, x’inhu l-messaġġ wara din id-diska?

Qatt mhu biżżejjed li wieħed jaħseb li jista’ jgħix waħdu għaliex fl-aħħar mill-aħħar huma l-kuntatti u l-involviment tiegħu fis-soċjetà li jżommu lil dak li jkun ћaj. Waћedna mmutu. Però flimkien nistgћu nbiddlu d-dinja u nagħmlu l-impossibli, possibbli.

Il-vidjo mużikali li jmur mad-diska, xogħol Maka Visuals, jeħodna fid-dinja tal-animazzjoni u jћalli lill-udjenza tieħu gost bil-messaġġ b’mod differenti.

The Travellers – Kif bdew

The Travellers ingħaqad flimkien fl-2013 b’għan wieħed dak li jippruvaw joħolqu xi ħaġa differenti f’kuntest mużikali lokali li kien diġa’ varjat ħafna.  Chris, il-kantant, Andrew, il-kitarrist, Joseph,  it-trumbettier, u Clayton li jdoqq il-kitarra baxxa kienu l-ewwel membri li ngħaqadu flimkien. Sylvano (Sassofonist) u Michael  (Tnabar)  ingħaqdu magħhom aktar tard fl-2013, biex b’hekk inħolqot il-band. Bdew jaħdmu fuq materjal oriġinali b’taħlita ta’ mużika kontemporanja u pop, fejn inkorporaw ukoll ħsejjes ta’ strumenti tar-ram u lirika bil-Malti.

Dan l-esperiment beda l-aktar b’kurżità u l-band bdiet tesperimenta biex tara kif tinstema’ l-lingwa Maltija ma’ melodiji u ritmi kontemporanji.

The Travellers din is-sena se tkunu tistgħu tarawhom ukoll waqt L-Għanafest.

AQRA: Filmat: Mużika kollha oriġinali minn The Travellers waqt L-Għanafest

L-oriġini tal-isem tal-grupp

L-isem The Travellers huwa abbinat mall-fatt li l-membri kollha tal-band ġejjin mill-gżira Għawdxija u għaldaqstant huwa destin ta’ ħafna żagħżagħ oħra Għawdxin li minħabba raġunijiet ta’ xogħol jew studju, jivjaġġaw ta’ sikwit bejn Malta u Għawdex.

Għall-bidu li bdiet il-band, kienu jiktbu materjal bl-Ingliż. Kellhom diversi kanzunetti lesti, u bdew il-kuntatt ma’ diversi producers biex jirrekordjaw. Iżda wara li għamlu madwar sena u nofs jiktbu bl-Ingliż, ħarġet l-idea li jagħmlu xi ħaġa bil-Malti.

Wara ħafna diskussjonijiet, bdew jirrealizzaw li għalkemm kienu ilhom ħafna jiktbu u jikkomponu, id-diski tagħhom kienu għadhom mhux uniċi biżżejjed. B’hekk ħadu d-deċiżjoni li jibdew jagħmlu xi ħaġa bil-Malti u l-ewwel diska li qatt ktibu bil-Malti kienet Pirati.

Bdew idoqqu live u r-rispons kien ikun pjuttost tajjeb, tant li varaw l-ewwel EP tagħhom Xemx u Xita.

Is-sena l-oħra huma ħarġu l-album Iljuni tas-Silġ li minnu kienu ħarġu s-silta Tpenġijiet bħala d-diska tas-sajf 2018.