Filmat: The Busker jesploraw territorji ġodda

Read in English.

The Busker, grupp lokali li ilu fix-xena mużikali għal dawn l-aħħar ħames snin, għamlu r-ritorn tagħhom fix-xena bl-ewwel kanzunetta tagħhom minn EP li jġib l-isem ta’ X.

L-ewwel kanzunetta minn dan l-EP jisimha Just a little bit more li hi kollaborazzjoni ma’ Matthew James, li minbarra karriera ta’ solista jagħmel parti minn grupp elettroniku MTEAM.

Din mhux l-ewwel darba li dawn l-artisti ħadmu flimkien hekk kif Matthew James ik-koproduċa t-tieni album tal-band li jġib l-isem ta’ Ladies and Gentelmen.

Bil-bidla riċenti fil-line up tagħhom, il-grupp jixtieq li jesplora territorji ġodda. F’din il-kanzunetta, li xxaqleb lejn stil pop funk, narawhom jesperimentaw bi ħsejjes iktar moderni meta mqabbla mal-istil li kellhom fil-passat.

Ma din is-silta, il-grupp nieda wkoll vidjow mużikali li fih ikollaboraw mal-grupp ta’ żfin, The Unit, li jwasslu żifna li tikkumplimenta l-mużika li tista’ tkun ta’ opportunità għas-segwaċi tagħhom biex jagħmlu l-verżjoni tagħhom ukoll!

‘X’ hu kapitlu ġdid għal The Busker, transizzjoni ġdida u eċitanti hekk kif fuq dan l-EP b’kanzunetti fejn jikkollaboraw ma’ tlett artisti li magħhom joħorġu l-kanzunetti fix-hur li ġejjien.

Segwi din l-avventura tal-grupp fuq buskermt.com