Filmat: The Busker f’kollaborazzjoni ma’ Raquela

Il-grupp The Busker fetaħ is-sena bit-tieni silta tagħhom “Don’t you tell me what to feel” minn Trilogija EP li jġib l-isem ta ‘X’

Bħal l-ewwel silta minn dan l-EP “Just a little bit more” li ħarġet f’Ottubru li għadda u rnexxielha tikseb l-ewwel post fuq klassifiki lokali, din għandha kollaboratur ieħor, din id-darba l-kantanta Raquela, artista lokali li ma għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif hi għandha karriera ta’ solista. 

Bil-bidla ricenti fil-line up tagħhom, il-grupp, li ilu ħames snin fix-xena mużikali, jixtieq li jesplora territorji ġodda. F’din is-silta, li xxaqleb lejn ‘synth pop’, narawhom jesperimentaw bi ħsejjes iktar moderni meta mqabbla mal-istil li kellhom fl-imgħoddi.

 ‘X’ hu kapitlu ġdid għal The Busker, tranzizzjoni ġdida li se jiċċelebrawh f’kunċert gewwa Spazju Kreattiv, Valletta fil-5 u 6 ta’ Frar 2021. Biljetti jistghu jinsabu onlajn fuq is-sit permezz ta’ dan il-link.