​Filmat: Tħassib fuq Facebook dwar siġra “perikoluża” f’Ħal Lija

Hekk kif it-traġedja taż-Żurrieq tal-lbieraħ għadha friska f’moħħ kulħadd, illum fuq il-mezzi soċjali, beda jinxtered dan il-filmat li juri siġra mdendla għal fuq it-triq f’Ħal Lija.

Din is-siġra tinsab faċċata taċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija fit-triq li mill-Mosta twassal għal bypass ta’ Birkirkara.
Filwaqt li karozzi baxxi jgħaddu b’mod komdu minn taħtha, mhux l-istess jista’ jingħad għal karozzi tal-linja jew trakkijiet u vetturi għolja, li jistgħu jgħaddu kważi jħokku maz-zokk tas-siġra.
Ironikament, ftit xhur ilu t-tneħħija tas-siġar tal-ballut minn din l-istess triq kien qajjem kontroversja oħra.