Is-sensiela Fattigi tkompli llejla bis-27 puntata mit-tieni staġun li jixxandar fuq l-istazzjon Net fit-8.45pm.
Illejla naraw ma’ min Crystal qed tikkonfoffa kontra Jonathan.
Francis tirrakkonta lil Mandy li waqt li kienu holiday hi u Mark, Samantha tilfet it-tarbija. Catherine tiltaqa’ mas-Surgent Axisa fuq speċi ta’ date. Jonathan jipprova jsib soluzzjoni tal-kriżi finanzjarja mal-avukat il-ġdid tieghu. Maryanne titkellem ma’ Mark dwar il-boyfriend il-ġdid li għandha.
Dan hu dak li ġara l-ġimgħa l-oħra:
Hawn tista’ ssegwi aktar xeni mill-puntata tal-lejla:
Fattigi għandu produzzjoni ta’ Watermelon Media.