Filmat: Tfittxija għal persuna li ppruvat tħallas b’ċekkijiet misruqa

Bdiet tfittxija għal persuna li ppruvat tħallas għal xi oġġetti b’ċekkijiet misruqa.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Joe Gasan f’Tal-Pietà għall-4 pm.

Newsbook.com.mt kien fuq il-post għall-4.30 pm fejn kien hemm għadd ta’ Pulizija tad-Distrett u pulizija armati mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit.

Skont il-Pulizija, il-persuna in kwistjoni ħarbet minn fuq il-post.