Filmat: Tfittxija għal bugħaddas fil-Qawra

Bħalissa jidher li hemm tfittxija għal bugħaddas fil-Qawra.

Sors qal lil Newsbook.com.mt li hemm bugħaddas nieqes, u li bħalissa għaddejja tfittxija għalih. Dan ġie konfermat ukoll minn kelliema għall-Pulizija. Sors ieħor għall-Newsbook.com.mt ikkonferma li preżenti hemm fire engine, karozza tal-Pulizija u Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Minn sorsi mhux ikkonfermati jidher li l-għaddas niżel jgħum bil-ħwejjeġ, mhux bl-apparat tal-għadis. Jidher ukoll li jekk sa siegħa oħra l-vittma ma jinstabx, l-armata twaqqaf it-fittxija u filgħodu terġa’ tissokkta t-tfittxija permezz tal-ħelikopter tal-armata. It tfittxija qed issir mill-Forzi Armati ta’ Malta fosthom permezz ta’ żewġ patrol boats u bugħaddasa tal-Forzi Armati.

It-tfittxija qed issir fiż-żona ta Fra Ben.

Filmati: Ivan Borg and Christoph Schwaiger