Filmat: Tfal Maltin jiksbu riżultati tajbin f’konkors fl-Italja

Bejn is-26 u d-29 ta’ Settembru f’San Beneditto Del Tronto fl-Italja saret l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-World Talent Contest, deskritt bħala l-festival tal-festivals.

Dan għaliex jieħdu sehem fih rebbieħa minn diversi festivals minn madwar id-dinja.

Huwa festival miftuħ għall-kantanti u żeffiena, u f’din l-edizzjoni kien hemm xejn inqas minn 240 kantant jieħdu sehem.

Kantanti tfal Maltin ħadu sehem f’dan il-konkors u kisbu riżultati mill-aqwa fil-kategoriji li pparteċipaw fihom.

Katryce Grixti ta’ 6 snin kklassifikat fl-ewwel post fil-kategorija tagħha bl-interpretazzjonijiet tagħha ta’ Colors of the Wind u Puppet on A String.

Keyana Brydon ta’ 8 snin kklassifikat fit-tieni post fil-kategorija tagħha bl-interpretazzjonijiet tagħha ta’ I Dreamed A Dream u You Raise Me Up.

Jade Spiteri ta’ 7 snin kklassifikat fit-tielet post fil-kategorija tagħha bl-interpretazzjonijiet tagħha ta’ Spoonful of Sugar u Tintarella di Luna.

Amy Jones ta’ 8 snin ingħatat premju speċjali għall-interpretazzjoni tagħha ta’ A Million Dreams u Somewhere over the Rainbow.

Chanel Monseigneur ta’ 8 snin ġiet fl-ewwel post fil-kategorija tagħha. Hija interpretat Shallow u What’s Up.

Martina Cutajar ta’ 14-il sena rebħet il-Grand Prix għall-interpretazzjoni tagħha ta’ Dynasty u Bird Set Free.

Is-sehem tal-kantanti Maltin fil-konkors World Talent Destival 2019 kien possibbli grazzi għal Erika Said minn Erseb Productions.