Filmat: Tfal kurjużi f’ħafna sfidi u logħob fuq it-TV

Dan hu Duurella

Dan hu Duurella il-programm ibbażat fuq diversi tfal kurjużi u lesti biex jitgħallmu affarijiet ġodda. Duurella ser juri tfal waqt li qed jipparteċipaw f'ħafna sfidi u logħob li jqanqlu l-immaġinazzjoni tagħhom, jnisslu tbissima u jagħtu gost. Ma jonqosx li dawn it-tfal jieħdu l-opportunita li jistaqsu dak kollu li jiġi f'rashom lil ħafna nies min diversi oqsma tal-ħajja. F' Duurella t-tfal jagħmlu dak li jixtiequ bil-ħin kollu tad-dinja . Ser ikollhom ċans biex jidku, jikreaw, jivvintaw, u jivvintaw kollox anke praspar u jgħixu t-tfulija tagħhom bl-aħjar mod possibli! Għinuna nwasslu din l-enerġijja pożittiva li t-tfal biss jista jkollhom :p. Agħmlu LIKE u SHARE.

Posted by Duurella on Monday, September 14, 2020

Duurella huwa programm li ser jibda mit-Tnejn 28 ta Settembru kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fl-4pm fuq l-istazzjon One u anke online. Dan se jkun programm jew aħjar spażju għat-tfal li ser juri tfal kurjużi u lesti biex jitgħallmu affarijiet ġodda. Dawn it-tfal  ser jipparteċipaw f’ħafna sfidi u logħob li jqanqlu l-immaġinazzjoni tagħhom, jnisslu tbissima u jagħtu gost. Saħansitra jdaħħlu lill-familjari tagħhom f’bawxati tad-daħk. 

Ma jonqosx li dawn it-tfal jieħdu l-opportunità li jistaqsu dak kollu li jiġi f’rashom lil ħafna nies minn diversi oqsma tal-ħajja. F’Duurella t-tfal jagħmlu dak li jixtiequ bil-ħin kollu tad-dinja. Ser ikollhom ċans biex jidħku, jikkreaw, jivvintaw, iwettqu l-praspar u jgħixu t-tfulija tagħhom bl-aħjar mod possibbli!

Din hi Kimelise:

X'ġara waqt is-sippost break mill-filming ta' Duurella

Ta' żaqqa f'fomma kif ngħidu bil-Malti. Naraw naqra x'ġara meta sippost kelna nieħdu break mill-filming… Kimelise riedet tgħidilna kelma… Ma tistax ma tiggustaħiex. #duurella #dalwaqt #minnottubru #fuqONE #YOUTUBE #programmghatfal

Posted by Duurella on Sunday, August 30, 2020

Dan hu Kayden:

Ara min hawn… Kayden

Araw x'qalilkom Kayden…SUBSCRIBE fuq il-YouTube Channel ta' Duurella… Idħlu f'din il-link https://www.youtube.com/channel/UCKoMK6bZKy7HVCKmC_ZmlLAMa tistax ma tiggustaħx#duurella #dalwaqt #minnottubru #fuqONE #YOUTUBE #programmghatfal

Posted by Duurella on Monday, August 31, 2020

Dan hu Zack:

Zack ukoll kellu jgħidilna xi ħaga. Ma tistax ma tiggustaħx#duurella #dalwaqt #minnottubru #fuqONE #YOUTUBE #programmghatfal

Posted by Duurella on Wednesday, September 2, 2020

Il-programm Duurella għandu produzzjoni ta’ Hufflehuff Entertainment.