Filmat: Tfal isibu bieb ta’ kastell flok ta’ skola

Immaġinak ta’ tliet snin dieħel l-iskola għall-ewwel darba, fix-xita, miexi fuq tapit aħmar, u ssib re u reġina jilqgħuk fil-bieb ta’ ‘kastell’.
Le, din mhix immaġinazzjoni imma realtà li għexu għadd ta’ tfal ta’ bejn tlieta u ħames snin li bdew l-iskola llum fl-Iskola Primarja ta’ San Ġwann.
L-espressjonijiet ferrieħa tat-tfal u tal-ġenituri tagħhom kienu xhieda li din is-sorpriża kienet suċċess.
Is-surmast tal-iskola, David Caruana, flimkien ma’ għadd ta’ għalliema, ħolqu atmosfera unika bi sfond mużikali, li bdiet mill-bieb tal-iskola u baqgħet dieħla fil-qlub u fl-immaġinazzjoni tat-tfal. Aktar ritratti jinsabu hawn.
Ritratt u Filmat: Ian Noel Pace