Filmat: Tfajjel jikser rekord Malti – Jirnexxielu jwaqqa’ 3,440 domino

Luke Azzopardi, tfajjel ta' 14-il sena minn Bormla, dalgħodu niżżel ismu fil-ktieb ta' The Malta Records hekk kif irnexxielu jwaqqaf rekord ġdid Malti.
Fil-Kunsill Lokali ta' Bormla, Luke ilu għal dawn l-aħħar jiem jipprova jagħmel wara xulxin 3,426 domino biex imbagħad illum, is-Sindku ta' Bormla Alison Zerafa twaqqa' l-ewwel domino.
F'inqas minn minuta rnexxielhom jaqgħu 3,340 domino.  86 domino ma waqgħux.
It-tfajjel kiser dan ir-rekord quddiem ir-rappreżentanti ta' The Malta Records, il-familjari u membri tal-Kunsill.