Filmat: Terremot f’Katanja; mill-inqas 10 midruba

10 persuni qed jiġu rrappurtati li sofrew xi ġrieħi ħfief kawża tat-terremot li laqgħat lil Sqallija. It-terremot kien ta’ forza 4.8 skont l-aġenżija tal-aħbarijiet Taljana ANSA.

Għadd ta’ binjiet ġew irrappurtati ġew irrappurtati li sofrew xi ħsarat wara li qed jingħad li Sqallija kien hemm għexieren ta’ teżżiżiet mill-ewwel darba li żbroffa l-vulkan nhar it-Tnejn li għadda. L-Awtostrada A18 minn Catania għal Messina kellha tingħalaq bħala prekawzjoni.

Persuna ta’ 80 sena ġiet salvata minn taħt l-irdim wara li r-residenza tagħha waqgħet kawża tat-terremot. Ġarrbet ħsarat konsiderevoli wkoll knisja fil-villaġġ ta’ Fleri, fejn kien hemm żewġ persuni li wkoll indarbu. Intant, l-ajruport ta’ Katanja ngħalaq temporanjament wara li żbroffa l-vulkan.

Vulkan ieħor magħruf bħala Stromboli li jinsab fuq gżira Taljana li ma jgħixux nies fuqha beda jżid fl-attività skont rapporti fuq il-midja Taljana.