Filmat: Terġa’ tikseb il-kunfidenza permezz ta nuċċali speċjali

Tfajla ta’ 24 sena mill-Istati Uniti reġgħet kisbet il-kunfidenza fiha nnifisha permezz ta’ teknoloġija ġdida tal-Google.

Il-ħajja ta’ Alex Blaszczuk, studenta tal-liġi nbidlet mil-lejl għan-nhar, wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku meta kienet sejra tikkampja flimkien ma’ sħabha.

L-inċident ħalla lit-tfajla pparalizzata bil-konsegwenza li ma tistax tuża idejha.

Iżda permezz tal-Google Glass, Alex irnexxielha terġa’ tibda tgħix ħajja normali, u fl-aħħar ix-xahar li għadda rnexxielha tmur tikkampja.

Il-Google Glass inxtara minn 8,000 persuna, fejn kull ‘nuċċali’ nbiegħ għal $1,500.