Filmat: Tar-rugby kontra ż-żeffiena

Edizzjoni oħra tal-programm Ħadd Għalik illum il-Ħadd fis-12.15pm ippreżentat bħas-soltu minn Angie Laus. Illum se jkunu qed jilagħbu plejers tar-rugby kontra xi żeffiena.

Ritratt: The FotoGrafer

Il-plejers tar-rugbu huma Giuseppe Attard, Gabriel Setchelle, Nicole Cannataci u Raquel Pace, Din tal-aħħar qed tistudja l-mediċina għal tabiba u biex tiċċajta tgħid li biex lil min tweġġa’ fir-rugby imbagħad tkun tista’ tgħinu.

Ritratt: The FotoGrafer

Luke Brincat, Giselle Spiteri, Warren Bonello u Anthea Zammit se jkunu qed jilagħbu għaż-żeffiena.

Ritratt: The FotoGrafer

Anthea li qed tilgħab maż-żeffiena kienet telgħat għall-Miss World u ħadet sehem ma’ għadd ta’ kantanti fil-Eurovision fosthom ma’ Christabelle Borg.

Insibu wkoll lil Warren Bonello, li kien jaħdem fuq cruise liners u wkoll ħa sehem ma’ għadd ta’ kantanti fil-Eurovision u anke musicals.

Ritratt: The FotoGrafer

Bħas-soltu divertiment ġarantit illum waqt dan il-programm.

Tgħid min se jirbaħ?