Filmat: Taqagħlu l-kartiera, imma l-Maltin jgħidulu?

Mhux l-ewwel darba li barra minn Malta sar esperiment li xi ħadd jagħmel tabbiruħu li jitlef jew li jwaqqa' xi ħaga fit-triq, u jistenna lil xi ħadd jintebaħ u jirritorna dak l-oġġett.
F'Malta, grupp ta' żgħażagħ ġibdu l-filmat fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta. 
Ġuvni waqqa' l-kartiera tiegħu, u kienu numru ta' nies li ġrew warajh sabiex jirritornawhulu.
Kien hemm xi ħadd li baqa' sejjer bih, iżda wara ftit reġa' tefgħu mal-art.