Aġġornata (4): Filmat: Tinstab ħajja l-mara vittma tat-tiġrif fil-Mellieħa

Read in English.

Għall-ħabta tas-6am waqgħet binja fil-Mellieħa, fejn għal xi ħin ukoll li hemm mara maqbuda fost it-tiġrif. Jidher li l-mara nstabet u nħarġet mit-tiġrif.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat il-każ ma’ Newsbook.com.mt fejn spjegat li seħħ fi Triq il-Kbira. Il-binja kienet isservi bħala blokka appartamenti.

Is-sejba tal-mara ġiet ikkonfermata ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Protezzjoni Ċivili li spjega wkoll li l-mara ttieħdet l-Isptar. Il-mara ta’ 77 sena indarbet ħafif.

Il-ħidma fuq il-post saret mill-Pulizija u l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Kien hemm ukoll l-assistenza tal-ħaddiema tal-Enemalta minħabba l-wires tad-dawl.

Aktar dettalji dalwaqt.