Filmat: Tanker bil-bandiera Maltija jinkalja f’dar storika f’Istanbul

https://platform.twitter.com/widgets.js

https://platform.twitter.com/widgets.js

Tanker bil-bandiera Maltija lbieraħ inkalja f’dar kbira u storika fuq xatt f’Istanbul fit-Turkija wara li sofra xi ħsarat fil-makkinarju li bih jitmexxa.
Żewġ dgħajjes u bastiment tal-gwardji tal-kosta intbagħtu fuq il-post wara sabiex flimkien jassistu biex it-tanker Vitaspirit jitressaq miż-żona fejn inkalja.
Għaldaqstant, jidher li ma’ weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.
Skont il-gvernatur ta’ Istanbul, it-tanker kellu jkun ankrat sabiex jitwaqqaf, iżda għal xi raġuni xorta spiċċa nkalja max-xatt, fejn għamel ħsarat sostanzjali wkoll lix-xatt, għall-ħabta tat-3:30pm.
Jidher li s-sular ta’ fuq tad-dar, kif ukoll is-saqaf iġġarfu, filwaqt li filmati juru li l-kantina tad-dar niżlet fl-ilma.
Id-dar storika bl-isem ta’ Hekimbasi Salih Efendi kien ilha f’dan ix-xatt ta’ Bosphorus Strait mis-seklu 18 u fiha kienu jsiru numru ta’ tiġijiet u kunċerti.
Dawn it-tip ta’ djar kbar max-xtut huma fost l-aktar li jiswew flus.
It-tanker Vitaspirit li fih mal-225 metru, kien qed jivjaġġa mill-Eġittu għall-Ukraina.
Ritratt: Reuters