Filmat: “Tagħmel il-qalb meta tara l-kuraġġ f’pazjenti bil-kanċer” – mart il-President

Is-Sinjura Vella waqt iż-żjara tagħha flimkien mal-President Goerge Vella qalet li hija u tiltaqa’ mal-pazjenti li bħalissa jinsabu fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Londra, tagħmel il-qalb meta tara l-kuraġġ li juru dawk morda bil-kanċer.

Matul iż-żjara s-Sinjura Vella faħħret ix-xogħol li qed jagħmlu Puttinu Cares li ilhom mill-2004 joffru akkomodazzjoni f’Martin court u iktar riċenti f’Cheam Road f’Sutton.F’Sutton bħalissa hemm 19-il familja li qed jingħataw il-kura fl-isptarijiet ta’ Londra. Dawn il-familji għandhom ukoll l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund.

Waqt li kien fl-Isptar Moorfields iżur lill-pazjenti Maltin, il-President Vella esprima sodisfazzjon għal kura ta’ livell għoli li qed tingħata lill-pazjenti Maltin li jbatu minn problemi f’għajnejhom bħal tumuri, nuqqas ta’ dawl u glaucoma.

F’King’s College Hospital, il-President Vella ddiskuta l-ftehim bilaterali li għandhom Malta u r-Renju Unit li permezz tiegħu qed jibbenefikaw il-pazjenti Maltin, fosthom dawk li jkollhom bżonn trapjanti tal-fwied li jsiru speċifikament f’dan l-isptar.