Filmat: Tagħlim b’mod divertenti għat-tfal fuq YouTube

Youtube Channel Malta

Il-pandemija tal-Covid-19 wasslet biex erba’ persuni Maltin jingħaqdu flimkien u bi ftit ħsieb ħolqu kunċett edukattivi biex jgħinu lit-tfal jitgħallmu b’mod mill-aktar divertenti. Dan permezz ta’ żewġ karattri Meowwy u Wawwy, li huma kelb u qattus, li jwasslu bosta lezzjonijiet interessanti.

L-intenzjoni ta’ dawn il-lezzjonijiet hi li ma jolqtux biss lit-tfal Maltin iżda dawk madwar id-dinja u għalhekk huma magħmula bl-aktar mod sempliċi u divertenti li faċli jinftiehmu.

S’issa ittellgħu erba’ programmi f’din is-sensiela u se jibqgħu jittellgħu programm fil-ġimgħa.

Dan hu wieħed minn dawn il-programmi li tistgħu ssegwi flimkien ma’ wliedkom. F’dan il-filmat it-tfal ċkejknin jitgħallmu jgħidu n-numri filwaqt li f’filmati oħra jitgħallmu l-alphabet jew anki dwar l-emozzjonijiet. Il-programmi li jmiss se jkunu qed jitrattaw suġġetti oħra li t-tfal jistgħu isegwu b’mod divertenti waqt li wkoll jitgħallmu.

Jekk jinteressak issegwi aktar idħol fil-YouTube Channel permezz ta’ dan il-link.