Filmat: “Taffettwani meta ma jkollix udjenza quddiemi” – Celine

“Dak inhar tal-auditions naħseb li kont eċċitata aktar milli suppost,” qalet Celine li ammettiet li xtaqet tagħmel statement bil-kanzunetta Rise Like A Phoenix ta’ Conchita Wurst. Temmen li l-eċċitament tagħha nħass sew. Qalet li qabel kienet taħseb meta tara programmi bħal dawn li jesageraw meta jibdew jibku iżda hi ma setgħet tissapoti.

Bootcamp għal Celine kienet esperjenza minna nfisha diġà kbira. Qalet li il-Wall of Songs kienet l-sifida prinċipali iżda hija ma kienitx ġriet biex taqbad il-karta bl-isem tal-kanzunetta.

Hi tgħid ukoll li ġejja minn familja sempliċi u ħadd mill-familja ma jħobb jidher fuq it-televiżjoni. Temmen li l-prestazzjoni tagħha waqt iċ-Chair Challenge ma kinixt perfetta u teknikament kien hemm x’tirranġa però hija l-prestazzjoni l-aktar għal qalbha għax kienet wirja onesta.

“L-importanti li l-mużika tkun ġejja mill-qalb,” kompliet tgħid it-tfajla, li skont Alexandra hija l-X Factor!

Celine tammetti li fil-fażi tal-Judges Houses bdiet tibża għax skopriet waqt din l-esperjenza li meta ma jkollhix il-vibe tal-udjenza, lilha taffettwaha, apparti l-fatt li riedu jgħaddu biss tlieta għall-live shows, u kif issa nafu, Celine fil-fatt hija waħda minnhom.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com