Filmat: “Taf li Elena qed tippakkja biex titlaq?”

Illejla naraw x’se jgħidu Bertu u Fredu meta Ġużi tgħidilhom kif Emilio xtaq irabbi lil bintu. Elena u Sergio jerġgħu jiltaqgħu. X’se tgħidlu Elena li kienet beħsiebha tagħmel?

Fredu jgħid lil bintu u lil Bertu dak li kien sema’ lil Emilio jgħid lil Giacinto. Fredu x’se jgħid li l-aħjar kellu isir?  X’se jiġri xħin Erminia tidħol ħdejn Emilio? X’se tgħidilha Ġużi?

Bernardette għaliex tmur biex tkellem lil Salvu kollha eċċitata? X’se tgħidlu? U Agatha għalfejn se tmur tkellem lil Sergio b’urġenza?

Riccardo jmur ikellem lil Emilio. Min qallu li kien spara għal fuqu? Sergio iċempel lil Riccardo. Għaliex se jitolbu biex imur il-maħżen immedjatament?

Dan hu dak li ġara fl-episodju tal-ġimgħa l-oħra:

F’Ġieħ L-Imħabba jixxandar fuq TVM fid-9pm u għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber fuq produzzjoni ta’ Rewind.