Filmat: “Taċċetta qatt l-abbuż u l-vjolenza, int ħaqqek l-aħjar” – Lydia Abela

Dr Lydia Abela hija waħda mill-personalitajiet li qiegħda tieħu sehem fis-sensiela ta’ filmati li l-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u l-Vjolenza Domestika qiegħda ttella’ fuq il-midja soċjali biex tqajjem iktar kuxjenza dwar il-vjolenza f’kull forma tagħha.

Lydia Abela fil-messaġġ tagħha indirizzat lil dawk kollha li għaddejjin minn kull tip ta’ vjolenza u qegħdin ibatu fis-silenzju. Hija appellat biex jagħmlu l-ewwel pass u jfittxu l-għajnuna ta’ nies professjonali permezz tal-helpline 179. Hija kompliet billi fakkret lil dawn il-vittmi ħaqqhom l-aħjar u m’għandhom qatt jaċċettaw l-abbuż u l-vjolenza.

Abela enfasizzat li kull persuna hija kapaċi biex tagħmel li hemm bżonn biex tgħix il-ħajja li tixtieq.

Kull min għaddej minn xi tip ta’ abbuż jew vjolenza mhux biss fiżika imma wkoll psikoloġika jew emozzjonali, jista’ jċempel il-helpline 179. Dawn huwa servizz offrut 24 siegħa kuljum.