Filmat: Ta’ tliet snin idoqq f’orkestra qisu mhux hu!

Tifel ta’ tliet snin ħalla lil kulħadd jitkellem waħdu meta beda jdoqq id-drums bħall-ikbar drummer bi snin kbar ta’ esperjenza.
Mhux hekk biss…tant kien frisk bħal ħassa li waqt li qed idoqq iħares kullimkien u ma jaħrablu xejn. F’ħin minnhom saħansitra waqgħetlu l-istikka u hu jiġborha rnexxielu jerġa' jaqbad ir-ritmu qisu mhux hu.
Xi ġenituri qalu li dan huwa dak li jiġri meta t-tfal jitħallew isegwu l-ħolm tagħhom għax kieku missieru kien isikktu kull meta damdam id-dar bid-drums, kieku bħalissa ħadd mhu jara dan il-filmat b'ħalqu miftuħ.
Fuq Facebook, dan il-filmat ġie xxerjat aktar minn 150,000 darba.