Filmat ta’ qsim il-qalb: Taħrab mill-gwerra u…

Rania Mustafa Ali ta’ għoxrin sena, iffilmjat il-vjaġġ tagħha mit-tifrik ta’ Kobane fis-Sirja lejn l-Awstrija. Il-filmat tagħha juri dak li ħafna refuġjati jsibu ma’ wiċċhom fil-vjaġġ lejn l-Ewropa, fejn mingħalihom se jsibu l-kenn.
Rania tispiċċa misruqa mit-traffikanti, tibki bil-gass tad-dmugħ u taqla’ s-swat fil-fruntiera tal-Maċedonja.
Tirriskja wkoll li tegħreq fil-Mediterran, meta vjaġġat fuq dgħajsa li kellha post għal 15-il ruħ imma kienet ippakjata bi 52 persuna.
Il-persuni b’diżabilità jidhru jinġarru min-naħa għall-oħra tax-xmajjar u minn ġo għelieqi mimlija tajn.
Id-dokumentarju inħadem minn Anders Hammer. 

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=EDHwt-ooAi4]