Filmat ta’ qsim il-qalb; isalvaw 2 ifrieħ mormija

Filmat ta’ qsim il-qalb ittella’ fuq il-midja soċjali li juri żewġt ifrieħ tal-qtates jiġu salvati wara li ntremew f’kontenitur tar-riċiklaġġ tal-ħwejjeġ.

Fuq il-grupp Rubs Puppy Love, mara kitbet li dawn il-frieħ ġew salvati mill-Pulizija u mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili, wara li żewġ studenti Taljan semgħu l-għajta għall-għajnuna mill-kontenitur.

Waqt il-ħidma tagħhom biex isalvawhom, l-uffiċjali nstemgħu jgħaddu rimarki dwar dan l-att krudil.